+Artikolu 116 Kulleġġi tas-superviżuri
---+Artikolu 116 1.
---+Artikolu 116 1a.
---+Artikolu 116 2.
---+Artikolu 116 3.
---+Artikolu 116 4.
---+Artikolu 116 5.
---+Artikolu 116 6.
---+Artikolu 116 7.
---+Artikolu 116 8.
---+Artikolu 116 9.

Artikolu 116 Kulleġġi tas-superviżuri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 116 1.
Is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmi fl-Artikoli 112 u 113 u l-Artikolu 114(1) u soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għal-liġi tal-Unjoni, jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi rilevanti fejn ikun xieraq.

L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tipparteċipa kif ikun xieraq u għandha titqies bħala awtorità kompetenti għal dik il-fini.

Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur konsolidanti, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom u mal-ABE skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(b) 

qbil dwar l-affidament volontarju tal-kompiti u d-delega volontarja tar-responsabbiltajiet fejn ikun xieraq;

(c) 

id-determinazzjoni ta’ programmi ta’ eżami superviżorju msemmija fl-Artikolu 99 ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-grupp skont l-Artikolu 97;

(d) 

żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż b’rabta mar-rekwiżiti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 114 u l-Artikolu 117(3);

(e) 

applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti prudenzjali skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl-entijiet kollha fi grupp tal-istituzzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-alternattivi u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni;

(f) 

applikazzjoni tal-Artikolu 112(1)(c) b’kunsiderazzjoni għal-ħidma ta’ fora oħra li jistgħu jitwaqqfu f’dak il-qasam.

Artikolu 116 1a.
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kompiti msemmija fl-Artikoli 112(1), 114(1) u 115(1) ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi wkoll kulleġġi ta' superviżuri fejn is-sussidjarji transkonfinali kollha ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom f'pajjiżi terzi, dment li l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi huma soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fl-Artikoli 76 u 81 tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 116 2.
L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034 m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 116 3.
L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub msemmija fl-Artikolu 115, iddeterminati wara li ġew ikkonsultati l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mis-superviżur konsolidanti.
Artikolu 116 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 116 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

L-ABE għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hi kkonferita bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 116 6.
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif adatt, u l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn adatt u soġġetti għal rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE)/2019/2034 jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.

L-awtorità kompetenti fl-Istati Membru fejn tkun stabbilita kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tista' tipparteċipa fil-kulleġġ ta' superviżuri rilevanti.

Artikolu 116 7.
Is-superviżur konsolidanti għandu jippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ u għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu sehem f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bħal dawn, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. Is-superviżur konsolidanti għandu wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, u mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħudin f’dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqin.
Artikolu 116 8.
Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti għandha tieħu kont tar-rilevanza tal-attività superviżorja li tkun ser tiġi ppjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikoli 7 u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 51(2).
Artikolu 116 9.
Is-superviżur li jikkonsolida, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034], għandu jinforma lill-ABE dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li tkun ta' rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.

Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirriferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.