|
+Artikolu 116a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew |
Artikolu 116a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku EwropewArtikolu 116a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 68(1) u (2) u l-Artikolu 131(12) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 35 ). Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-persuna fiżika jew tal-istituzzjoni li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-istituzzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|