+Artikolu 124 Skambju ta' informazzjoni
---+Artikolu 124 1.
---+Artikolu 124 2.
---+Artikolu 124 3.
|
Artikolu 124 Skambju ta' informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 124 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti ġuridiku li jipprevjeni l-iskambju, bejn l-impriżi inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, kumpanniji azzjonarji b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom, jew sussidjarji msemmija fl-Artikolu 119(3), ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni skont l-Artikolu 110 u l-Kapitolu 3.
|
|
Artikolu 124 2.
|
Meta impriża prinċipali u kwalunkwe sussidjarja tagħha li tkun istituzzjoni tkun tinsab fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha li tista’ tippermetti jew tgħin fit-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih tkun tinsab impriża prinċipali ma jkunux huma stess li jwettqu s-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 111, huma jistgħu jiġu mistiedna mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal eżerċizzju ta' tali superviżjoni biex jitolbu lill-impriża prinċipali għal kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet superviżorji fuq bażi kkonsolidata u li jittrasmettuha lil dawk l-awtoritajiet.
|
|
Artikolu 124 3.
|
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi ta' servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess tal-informazzjoni m'għandux jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jwettqu rwol superviżorju fir-rigward ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi b'mod awtonomu. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 122 bil-ftehim li l-ġbir u l-pussess tal-informazzjoni ma jimplikax li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpannija azzjonarja b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew sussidjarji msemmija fl-Artikolu 119(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|