+Artikolu 125 Kooperazzjoni
---+Artikolu 125 1.
---+Artikolu 125 2.
---+Artikolu 125 3.
|
Artikolu 125 Kooperazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 125 1.
|
Meta istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew kumpannija azzjonarja b'attività mħallta tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar li huma kumpanniji tal-assigurazzjoni jew impriżi oħra li jipprovdu servizzi ta' investiment li jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bil-kompitu pubbliku ta' superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew dawk l-impriżi l-oħra li jipprovdu servizzi ta' investiment għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li x'aktarx li tissimplifika l-kompitu tagħhom u tippermetti s-superviżjoni tal-attività u tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-impriżi li huma jissorveljaw. Meta skont l-Artikolu 111 ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti ta' grupp b'kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm ikun differenti mill-koordinatur determinat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita kooperazzjoni effettiva, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.
|
|
Artikolu 125 2.
|
L-informazzjoni riċevuta, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
Artikolu 125 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom jistabbilixxu listi tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|