+Artikolu 127 Valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-superviżjoni kkonsolidata ta’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 127 1.
---+Artikolu 127 2.
---+Artikolu 127 3.

Artikolu 127 Valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-superviżjoni kkonsolidata ta’ pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 127 1.
Meta istituzzjoni, li l-impriża prinċipali tagħha tkun istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li l-uffiċċju ewlieni tagħha jkun jinsab f’pajjiż terz, ma tkunx soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata skont l-Artikoli 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx soġġetta għal superviżjoni kkonsolidata minn awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz li tkun ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stipulati f‘din id-Direttiva u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II, Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-valutazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għal superviżjoni kkonsolidata jekk ikun applikabbli l-paragrafu 3, fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta’ kwalunkwe entità rregolata awtorizzata fl-Unjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dik l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti.

Artikolu 127 2.
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat tal-Banek Ewropej biex jagħti gwida ġenerali rigward jekk il-possibbiltà li l-arranġamenti ta' superviżjoni kkonsolidata tal-awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni kkonsolidata kif stabbilit f’dan il-Kapitolu, fir-rigward tal-istituzzjonijiet meta l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali f’pajjiż terz. Il-Kumitat Bankarju Ewropew għandu jżomm kwalunkwe tali gwida taħt rieżami u jqis kwalunkwe bidla għall-arranġamenti ta' superviżjoni kkonsolidata applikata minn tali awtoritajiet kompetenti. L-ABE għandha tgħin lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, inklużi fir-rigward tal-valutazzjoni jekk tali gwida għandhiex tkun aġġornata.

L-awtorità kompetenti li twettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe gwida ta' dan it-tip. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE qabel ma tadotta d-deċiżjoni.

Artikolu 127 3.
Fin-nuqqas ta’ tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjoni mutatis mutandisjew għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw tekniki superviżorji adattati oħra li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-istituzzjonijiet.

Dawk it-tekniki superviżorji għandhom, wara li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, ikunu maqbula mill-awtorità kompetenti li ser tkun responsabbli għas-superviżjoni kkonsolidata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b'mod partikolari, jirrikjedu l-istabbiliment ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni kkonsolidata għall-pożizzjoni kkonsolidata ta' dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-pożizzjoni kkonsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

It-tekniki superviżorji għandhom jitfasslu biex jiksbu l-objettivi tas-superviżjoni kkonsolidata kif stabbilit f'dan il-Kapitolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-ABE u lill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.