|
+Artikolu 131 1. |
Artikolu 131 1.L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-identifikazzjoni, fuq bażi konsolidata, ta' G-SIIs, u, fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata, kif applikabbli, ta' istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs), li ġew awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità waħda. Il-G-SIIs għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE; jew
(b)
istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE. L-O-SIIs jistgħu jkunu jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE, istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm fi Stati Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm fi Stat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|