+Artikolu 131 Istituzzjonijiet sistemikament importanti globali u oħrajn
---+Artikolu 131 1.
---+Artikolu 131 2.
---+Artikolu 131 2a.
---+Artikolu 131 3.
---+Artikolu 131 4.
---+Artikolu 131 5.
---+Artikolu 131 5a.
---+Artikolu 131 6.
---+Artikolu 131 7.
---+Artikolu 131 8.
---+Artikolu 131 9.
---+Artikolu 131 10.
---+Artikolu 131 12.
---+Artikolu 131 14.
---+Artikolu 131 15.
---+Artikolu 131 18.
|
Artikolu 131 Istituzzjonijiet sistemikament importanti globali u oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 131 1.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-identifikazzjoni, fuq bażi konsolidata, ta' G-SIIs, u, fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata, kif applikabbli, ta' istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs), li ġew awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità waħda. Il-G-SIIs għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE; jew
(b)
istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE.
L-O-SIIs jistgħu jkunu jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE, istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm fi Stati Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm fi Stat Membru.
|
|
Artikolu 131 2.
|
Il-metodoloġija tal-identifikazzjoni għall-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji li ġejjin:
(b)
l-interkonnettività tal-grupp mas-sistema finanzjarja;
(c)
is-sostitwibilità tas-servizzi jew tal-infrastruttura finanzjarja pprovduta mill-grupp;
(d)
il-kumplessità tal-grupp;
(e)
l-attività transkonfinali tal-grupp, inkluż l-attività transkonfinali bejn l-Istati Membri u bejn Stat Membru u pajjiż terz.
Kull kategorija għandha tirċievi peżar ugwali u għandhom tikkonsisti minn indikaturi kwantifikabbli. Il-metodoloġija għandha tipproduċi punteġġ globali għal kull entità msemmija fil-paragrafu 1 li tiġi valutata, li jippermetti li l-G-SIIs jkunu identifikati u allokati f'subkategorija kif deskritta fil-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 131 2a.
|
Metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għall-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji li ġejjin:
(a)
il-kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
(b)
l-attività transkonfinali tal-grupp, eskluż l-attivitajiet tal-grupp bejn l-Istati Membri parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
36
).
Kull kategorija għandha tirċievi ponderazzjoni ugwali u għandha tikkonsisti minn indikaturi kwantifikabbli. Għall-kategoriji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-indikaturi għandhom ikunu l-istess bħall-indikaturi korrispondenti ddeterminati skont il-paragrafu 2. Il-metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għandha tipproduċi punteġġ globali addizzjonali għal kull entità msemmija fil-paragrafu 1 ivvalutat, li abbażi tiegħu l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu jieħdu waħda mill-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 10.
|
|
Artikolu 131 3.
|
L-OSIIs għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 1. L-importanza sistemika għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(b)
l-importanza għall-ekonomija tal-Unjoni, jew tal-Istat Membru rilevanti;
(c)
is-sinifikanza tal-attivitajiet transkonfinali;
(d)
l-interkonnettività tal-istituzzjoni jew tal-grupp mas-sistema finanzjarja.
L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, sal-1 ta' Jannar 2015, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu b'rabta mal-valutazzjoni tal-O-SIIs. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu kont tal-oqfsa internazzjonali għal istituzzjonijiet domestiċi sistemikament importanti u speċifiċitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali. Wara konsultazzjoni mal-BERS, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 dwar il-metodoloġija adatta għat-tfassil u l-kalibrazzjoni tar-rati ta' riżerva ta' O-SII.
|
|
Artikolu 131 4.
|
Kull G-SII għandha, fuq bażi kkonsolidata, iżżomm riżerva għall-G-SII li għandha tikkorrispondi għas-subkategorija li tiġi assenjata fiha l-G-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn u għandha tissupplimenta l-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
|
|
Artikolu 131 5.
|
L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li jitqiesu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-O-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.
|
|
Artikolu 131 5a.
|
Soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva ta’ G-SII titqiesx xierqa. L-ABE tista’ wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar ir-riżerva f’konformità mal-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fi żmien tliet xhur minn meta l-BERS ikun bagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-riżerva O-SII ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha, jew partijiet minnha, ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jiffurmaw jew joħolqu xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata biex tadotta l-miżura proposta.
|
|
Artikolu 131 6.
|
Meta tesiġi li tinżamm riżerva O-SII l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tirrispetta li ġej:
(a)
ir-riżerva ta' O-SII m'għandhiex tinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi li jifformaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern;
(b)
ir-riżerva ta' O-SII għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-inqas kull sena;
▼M11
(c)
meta O-SII ssir marbuta bil-minimu tal-output, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tagħha għandha tirrieżamina, sa data mhux aktar tard mid-data tar-rieżami annwali msemmi fil-punt (b), ir-rekwiżit ta’ riżerva ta’ O-SII tal-istituzzjoni sabiex tiżgura li l-kalibrazzjoni tagħha tibqa’ adattata.
|
|
Artikolu 131 7.
|
Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa riżerva ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-BERS xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 u għandha tinnotifika lill-BERS tliet xhur qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jew dik innominata msemmija fil-paragrafu 5a. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:
▼B
(a)
il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva O-SII titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;
(b)
valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva O-SII fuq is-suq intern, abbażi tal-informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;
(c)
ir-rata tar-riżerva O-SII li l-Istat Membru jixtieq jiffissa.
|
|
Artikolu 131 8.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 133 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fejn O-SII tkun sussidjarja ta' G-SII jew ta' O-SII li hija jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, u soġġetta għal riżerva ta' O-SII fuq bażi kkonsolidata, ir-riżerva li tapplika fuq bażi individwali jew subkonsolidat għall-O-SII m'għandhiex teċċedi l-iktar valur baxx minn:
(a)
it-total tal-ogħla rata ta' riżerva tal-G-SII jew l-O-SII applikabbli għall-grupp fuq bażi konsolidata u 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
(b)
3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ir-rata li l-Kummissjoni awtorizzat biex tiġi applikata għall-grupp fuq bażi kkonsolidata skont il-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 131 9.
|
Għandu jkun hemm tal-inqas ħames subkategoriji ta' G-SIIs. Il-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn kull subkategorija għandhom jiġu ddeterminati mill-punteġġi skont il-metodoloġija tal-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-punteġġi limitu bejn is-subkategoriji li jmissu ma' xulxin għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom josservaw il-prinċipju li hemm żieda lineari kostanti ta' sinifikat sistemiku, bejn kull subkategorija li tirriżulta f'żieda lineari fir-rekwiżit ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, bl-eċċezzjoni tas-subkategorija ħamsa u kwalunkwe subkategorija ogħla miżjuda. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sinifikat sistemiku huwa l-impatt mistenni fuq is-suq finanzjarju globali kkawżat minn diffikultajiet għall-G-SII. Is-subkategorija l-aktar baxxa għandha tiġi assenjata riżerva ta' G-SII ta' 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-riżerva assenjata lil kull subkategorija għandha tiżdied b'differenzi li jkunu tal-anqas 0.5 % tal-ammont tal-skopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 131 10.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 9 u filwaqt li jintużaw s-subkategoriji u l-punteġġi li jifirduhom imsemmija fil-paragrafu 9, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista', fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni superviżorja korretta:
(a)
tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar baxxa għal waħda ogħla;
(b)
talloka entità kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollha punteġġ globali kif imsemmi fil-paragrafu 2 li jkun aktar baxx mill-punteġġ limitu tal-iktar subkategorija baxxa f'dik is-subkategorija jew f'subkategorija ogħla, u b'hekk tiġi nnominata bħala G-SII;
(c)
b'kont meħud tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2a tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar ogħla għal subkategorija aktar baxxa.
|
|
Artikolu 131 12.
|
L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għadha tinnotifika lill-BERS l-ismijiet tal-G-SIIs u l-O-SIIs u s-subkategorija rispettiva fejn tiġi allokata kull G-SII. In-notifika għandu jkun fiha r-raġunijiet kollha għalfejn ġie eżerċitat ġudizzju superviżorju jew le f'konformità mal-paragrafu 10, punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 10. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien, u għandu jiżvela isimhom pubblikament. L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet nominati għandhom jiżvelaw pubblikament is-subkategorija fejn tiġi allokata kull G-SII. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha kull sena tirrieżamina l-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-O-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji rispettivi u tirrapporta r-riżultat lill-istituzzjoni sistemikament importanti kkonċernata, lill-BERS li għandu jibgħat ir-riżultati lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tiżvela pubblikament l-lista aġġornata ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti identifikati u s-subkategorija fejn tkun allokata kull G-SII identifikata.
|
|
Artikolu 131 14.
|
Fejn grupp, fuq bażi kkonsolidata, ikun soġġett għal riżerva ta' G-SII u għal riżerva ta' O-SII għandha tapplika r-riżerva l-aktar għolja.
|
|
Artikolu 131 15.
|
Fejn istituzzjoni tkun soġġetta għal riżerva għal riskju sistemiku, stabbilita f'konformità mal-Artikolu 133, dik ir-riżerva għandha tkun kumulattiva mar-riżerva O-SII jew ir-riżerva G-SII applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu. Meta t-total tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku kif ikkalkulata għall-fini tal-Artikolu 133(10), (11) jew (12) u r-rata ta’ riżerva ta’ O-SII jew G-SII li għaliha hija soġġetta l-istess istituzzjoni ikun ogħla minn 5 %, għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 5a ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, meta d-deċiżjoni li tiġi stabbilita riżerva għar-riskju sistemiku, riżerva ta’ O-SII jew riżerva ta’ G-SII tirriżulta fi tnaqqis jew f’ebda bidla minn kwalunkwe waħda mir-rati stabbiliti qabel, ma għandhiex tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5a ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 131 18.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġiji li għandha tintuża mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata biex tidentifika istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE bħala G-SII u biex tiġi speċifikata l-metodoloġija għad-definizzjoni tas-subkategoriji u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji abbażi tar-sinifikat sistemiku tagħhom, waqt li jitqiesu l-istandards maqbula fuq livell internazzjonali. L-ABE għandha tippreżenta sat-30 ta' Ġunju 2014 dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni. Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|