+Artikolu 135 Gwida tal-BERS dwar l-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi
---+Artikolu 135 1.
---+Artikolu 135 2.
---+Artikolu 135 3.

Artikolu 135 Gwida tal-BERS dwar l-iffissar tar-rati ta' riżerva kontroċikliċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 135 1.

Permezz ta’ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, il-BERS jista' jipprovdi gwida lill-awtoritajiet nominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 136(1) dwar l-istabbiliment tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, li tinkludi dan li ġej:

(a) 

prinċipji li jiggwidaw lill-awtoritajiet nominati meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom dwar ir-rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, biex jiżguraw li l-awtoritajiet jadottaw approċċ tajjeb għaċ-ċikli makroekonomiċi rilevanti u jippromwovu teħid ta' deċiżjonijiet tajjeb u konsistenti fl-Istati Membri kollha;

(b) 

gwida ġenerali dwar:

(i) 

il-kalkolu u l-kalkolu tad-devjazzjoni minn xejriet fit-tul tal-proporzjonijiet bejn il-kreditu u l-prodott domestiku gross (PDG);

(ii) 

il-gwidi għall-kalkolu tar-riżervi ta' kapital meħtieġa skont l-Artikolu 136(2);

(c) 

gwida dwar il-fatturi varjabbli li jindikaw l-akkumulu tar-riskju mifrux mas-sistema assoċjat ma' perijodi ta' tkabbir eċċessiv tal-kreditu f'sistema finanzjarja, b'mod partikolari l-koeffiċjent rilevanti tal-kreditu għall-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mit-tendenza fuq perijodu taż-żmien twil, u dwar fatturi oħra rilevanti, inkluż it-trattament ta' żviluppi ekonomiċi f'setturi individwali tal-ekonomija, li għandu jservi ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet magħżula dwar ir-rata adatta tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika skont l-Artikolu 136;

(d) 

gwida dwar il-fatturi varjabbli, inklużi kriterji kwalitattivi, li jindikaw li r-riżerva ta' kapital għandha tinżamm, titnaqqas jew tiġi żvelata totalment.

Artikolu 135 2.
Meta joħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jieħu kont dovut tad-differenzi bejn l-Istati Membri u b'mod partiklari l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri b'ekonomiji żgħar u miftuħin.
Artikolu 135 3.
Fejn ikun ħareġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jżommha taħt rieżami u jaġġornaha, fejn meħtieġ, fid-dawl tal-esperjeza tal-istabbiliment tar-riżervi ta' kapital skont din id-Direttiva jew tal-iżviluppi fil-prattiki miftiehma internazzjonalment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.