|
+Artikolu 137 2. |
Artikolu 137 2.Fejn l-awtorità nnominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tirrikonoxxi rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hi għandha tħabbar dak ir-rikonoxximent permezz ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
ir-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli;
(b)
l-Istat Membru jew il-pajjiżi terzi li għalihom tkun applikabbli;
(c)
fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet awtorizzati fl-Istat Membru tal-awtorità nnominata għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;
(d)
fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tat-tħabbira skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|