+Artikolu 137 Rikonoxximent tar-rati tar-riżerva kontroċiklika ogħla minn 2,5 %
---+Artikolu 137 1.
---+Artikolu 137 2.

Artikolu 137 Rikonoxximent tar-rati tar-riżerva kontroċiklika ogħla minn 2,5 %

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 137 1.
Fejn l-awtorità nnominata, skont l-Artikolu 136(4) jew l-awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz tkun stabbilixxiet rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet nominati l-oħra jistgħu jirrikonoxxu dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament tar-riżervi ta' kapital kontroċikliċi speċifika għall-istituzzjoni tagħhom.
Artikolu 137 2.

Fejn l-awtorità nnominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tirrikonoxxi rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hi għandha tħabbar dak ir-rikonoxximent permezz ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit web tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

ir-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli;

(b) 

l-Istat Membru jew il-pajjiżi terzi li għalihom tkun applikabbli;

(c) 

fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet awtorizzati fl-Istat Membru tal-awtorità nnominata għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(d) 

fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tat-tħabbira skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.