|
+Artikolu 138 Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar ir-rati tar-riżerva kontroċikliċi ta’ pajjiżi terzi |
Artikolu 138 Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar ir-rati tar-riżerva kontroċikliċi ta’ pajjiżi terziArtikolu 138 Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar ir-rati tar-riżerva kontroċikliċi ta’ pajjiżi terzi Il-BERS jista', skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet nominati dwar ir-rata xierqa tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-iskoperturi għal dak il-pajjiż terz fejn:
(a)
ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ma tkunx ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz (l-'awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz') li għalih istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni jkollha skoperturi tal-kreditu;
(b)
il-BERS iqis li r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li tkun ġiet stabbilita u ppubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz ma tkunx biżżejjed biex tipproteġi kif xieraq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mir-riskji ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu f'dak il-pajjiż, jew awtorità nnominata tinnotifika lill-BERS li hija tqis li r-rata tar-riżervi ta' kapital ma tkunx biżżejjed għal dak il-fini. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|