|
+Artikolu 139 5. |
Artikolu 139 5.L-awtoritajiet nominati għandhom jippubblikaw kwalunkwe stabbiliment ta’ rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont il-paragrafu 2 jew 3 fuq is-siti web tagħhom u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika u l-pajjiż terz li għalih tkun applikabbli;
(b)
ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital;
(c)
fejn ir-rata tar-riżerva ta' kapital tkun stabbilita ogħla minn żero għall-ewwel darba jew tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva ta' kapital għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;
(d)
fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-istabbiliment skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|