|
+Artikolu 140 3. |
Artikolu 140 3.Jekk ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika stabbilita mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz teċċedi 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tar-riżerva ta' kapital li ġejjin japplikaw għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti li jkunu jinstabu f'dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn rilevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital ikkonsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 137(1);
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ssettjata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital skont l-Artikolu 137; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|