+Artikolu 140 Kalkolu tar-rati ta' riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni
---+Artikolu 140 1.
---+Artikolu 140 2.
---+Artikolu 140 3.
---+Artikolu 140 4.
---+Artikolu 140 5.
---+Artikolu 140 6.
---+Artikolu 140 7.
|
Artikolu 140 Kalkolu tar-rati ta' riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 140 1.
|
Ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni għandha tikkonsisti mill-medja peżata tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li japplikaw fil-ġurisdizzjoni fejn l-iskoperturi tal-kreditu rilevanti tal-istituzzjoni jkunu jinsabu, jew jiġu applikati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu bis-saħħa tal-Artikolu 139(2) jew (3). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li bil-għan li jikkalkolaw il-medja peżata msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet japplikaw għal kull rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika applikabbli r-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħha għar-riskju tal-kreditu, iddeterminati skont it-Titoli II u IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-iskoperturi tal-kreditu rilevanti fit-territorju inkwistjoni, diviżi bir-rekwiżiti ta' fondi proprji totali tagħha għar-riskju tal-kreditu b'rabta mal-iskoperturi tal-kreditu rilevanti kollha tagħha tal-kreditu.
|
|
Artikolu 140 2.
|
Jekk, skont l-Artikolu 136(4), l-awtorità nnominata tistabbilixxi rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tar-riżerva ta' kapital li ġejjin japplikaw għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti li jkunu jinstabu fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità nnominata ('Stat Membru A') għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn rilevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital ikkonsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:
(a)
l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
(b)
l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 137(1);
(c)
l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika stabbilita mill-awtorità nnominata tal-Istat Membru A jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital f'konformità mal-Artikolu 137.
|
|
Artikolu 140 3.
|
Jekk ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika stabbilita mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz teċċedi 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tar-riżerva ta' kapital li ġejjin japplikaw għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti li jkunu jinstabu f'dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn rilevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital ikkonsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 137(1);
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika ssettjata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz jekk l-awtorità nnominata fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tar-riżerva ta' kapital skont l-Artikolu 137;
|
|
Artikolu 140 4.
|
L-iskoperturi rilevanti tal-kreditu għandhom jinkludu dawk il-klassijiet kollha ta' skoperturi, għajr dawk imsemmija fil-punti (a), sa (f) tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013 li jkunu soġġetti għal:
(a)
rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tal-kreditu skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;
(b)
fejn l-iskopertura tinżamm f'portafoll tan-negozjar, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu IV, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament jew r-riskju inkrimentali għall-inadempjenza u migrazzjoni skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu IV, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament;
(c)
fejn l-iskopertura tkun garantita b'assi eżistenti, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu II, Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 140 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il-pożizzjoni ġeografika tal-iskopertura għall-kreditu rilevanti skont l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 140 6.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1:
(a)
ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal Stat Membru għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 136(7)(e) jew l-Artikolu 137(2)(c) jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;
(b)
sosoġġett għall-punt (c), ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha tapplika 12-il xahar wara d-data li fiha tkun tħabbret bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz, irrispettivament minn jekk l-awtorità tkunx teħtieġ li l-istituzzjonijiet inkorporati f'dak il-pajjiż terz japplikaw il-bidla f'perijodu iqsar, jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;
(c)
fejn l-awtorità nnominata tal-Istat Membru domiċiljari tal-istituzzjoni tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 139(2) jew (3), jew tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 137, dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 139(5)(c) jew l-Artikolu 137(2)(c), jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;
(d)
rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għandha tapplika immedjatament jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li titnaqqas ir-rata tar-riżerva ta' kapital.
Għall-finijiet tal-punt (b), bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha titqies li tkun tħabbret fid-data li fiha tkun ippubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.
|
|
Artikolu 140 7.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodi għall-identifikazzjoni tal-postazzjoni ġeografika tal-iskoperturi tal-kreditu rilevanti msemmija fil-paragrafu 5. L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|