|
+Artikolu 140 6. |
Artikolu 140 6.Għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1:
(a)
ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal Stat Membru għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 136(7)(e) jew l-Artikolu 137(2)(c) jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;
(b)
sosoġġett għall-punt (c), ir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha tapplika 12-il xahar wara d-data li fiha tkun tħabbret bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz, irrispettivament minn jekk l-awtorità tkunx teħtieġ li l-istituzzjonijiet inkorporati f'dak il-pajjiż terz japplikaw il-bidla f'perijodu iqsar, jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;
(c)
fejn l-awtorità nnominata tal-Istat Membru domiċiljari tal-istituzzjoni tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 139(2) jew (3), jew tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz skont l-Artikolu 137, dik ir-rata tar-riżerva ta' kapital għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 139(5)(c) jew l-Artikolu 137(2)(c), jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tar-riżerva ta' kapital;
(d)
rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għandha tapplika immedjatament jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li titnaqqas ir-rata tar-riżerva ta' kapital. Għall-finijiet tal-punt (b), bidla fir-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għal pajjiż terz għandha titqies li tkun tħabbret fid-data li fiha tkun ippubblikata mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|