+Artikolu 141b Restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja
---+Artikolu 141b 1.
---+Artikolu 141b 2.
---+Artikolu 141b 3.
---+Artikolu 141b 4.
---+Artikolu 141b 5.
---+Artikolu 141b 6.
---+Artikolu 141b 7.
---+Artikolu 141b 8.
---+Artikolu 141b 9.
---+Artikolu 141b 10.

Artikolu 141b Restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 141b 1.
Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja.
Artikolu 141b 2.
Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli marbut mal-proporzjon ta' lieva finanzjarja (L-MDA) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandha twettaq l-ebda azzjoni minn dawn ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ:

(a) 

tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b) 

toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta’ pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja; jew

(c) 

tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

Artikolu 141b 3.
Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 permezz ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
Artikolu 141b 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.
Artikolu 141b 5.

Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:

(a) 

kwalunkwe profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament relatat mal-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

biż-żieda

(b) 

kwalunkwe profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament relatat mal-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c) 

l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-elementi speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 141b 6.

Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata skont l-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0;

(b) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

(c) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

(d) 

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata skont l-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa(jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

fejn:

Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.

Artikolu 141b 7.
Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 jew fi tnaqqis tal-profitti, u fejn is-sospensjoni tal-pagament jew in-nuqqas li jsir il-pagament ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza jew kondizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti skont ir-reġim ta' insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni.
Artikolu 141b 8.
Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha u beħsiebha tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew twettaq azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 141(8), bl-eċċezzjoni tal-punti (a)(iii) tiegħu, u tal-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 ta'dan l-Artikolu.
Artikolu 141b 9.
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikunu kkalkulati b'mod preċiż, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik il-preċiżjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba.
Artikolu 141b 10.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, id-distribuzzjoni marbuta mal-kapital tal-Grad 1 għandha tinkludi kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 141(10).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.