+Artikolu 145 Atti delegati

Artikolu 145 Atti delegati

Artikolu 145

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 148 rigward dan li ġej:

(a) 

il-kjarifika tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;

(b) 

il-kjarifika tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(c) 

l-allinjament tat-terminoloġija u t-tfassil tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 skont l-atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet u l-kwistjonijiet relatati;

(d) 

aġġustament tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 31(1) sabiex jittieħed kont tal-bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat, f'konformità mal-aġġustamenti magħmula u fl-istess ħin li jsiru skont l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE;

(e) 

l-espansjoni tal-kontenut tal-lista msemmija fl-Artikoli 33 u 34 u stabbilita fl-Anness I jew l-adattament tat-terminoloġija użata f’dik il-lista sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(f) 

identifikazzjoni tal-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-infomazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 50;

(g) 

l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 76 sa 88 u l-Artikolu 98 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji (b’mod partikolari l-prodotti finanzjarji ġodda) jew fl-istandards kontabbilistiċi jew ir-rekwiżiti li jqisu l-liġi tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji;

(h) 

id-differiment tal-obbligi tal-iżvelar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(3) fejn ir-rapport tal-Kummissjoni ppreżentat skont l-ewwel subparagrafu ta' dak il-paragrafu jidentifika effetti negativi sinifikanti;

(i) 

l-aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1), sabiex jitqiesu l-iżviluppi futuri u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.