+TITOLU IX ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI
---+Artikolu 145 Atti delegati
---+Artikolu 146 Atti ta' implimentazzjoni
---+Artikolu 147 Kumitat Bankarju Ewropew
------+Artikolu 147 1.
------+Artikolu 147 2.
---+Artikolu 148 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 148 1.
------+Artikolu 148 2.
------+Artikolu 148 3.
------+Artikolu 148 4.
------+Artikolu 148 5.
---+Artikolu 149 Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

TITOLU IX ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

TITOLU IX ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 145 Atti delegati

Artikolu 145

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 148 rigward dan li ġej:

(a) 

il-kjarifika tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;

(b) 

il-kjarifika tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 128 sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(c) 

l-allinjament tat-terminoloġija u t-tfassil tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 skont l-atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet u l-kwistjonijiet relatati;

(d) 

aġġustament tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 31(1) sabiex jittieħed kont tal-bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat, f'konformità mal-aġġustamenti magħmula u fl-istess ħin li jsiru skont l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE;

(e) 

l-espansjoni tal-kontenut tal-lista msemmija fl-Artikoli 33 u 34 u stabbilita fl-Anness I jew l-adattament tat-terminoloġija użata f’dik il-lista sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(f) 

identifikazzjoni tal-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-infomazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 50;

(g) 

l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 76 sa 88 u l-Artikolu 98 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji (b’mod partikolari l-prodotti finanzjarji ġodda) jew fl-istandards kontabbilistiċi jew ir-rekwiżiti li jqisu l-liġi tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji;

(h) 

id-differiment tal-obbligi tal-iżvelar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(3) fejn ir-rapport tal-Kummissjoni ppreżentat skont l-ewwel subparagrafu ta' dak il-paragrafu jidentifika effetti negativi sinifikanti;

(i) 

l-aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1), sabiex jitqiesu l-iżviluppi futuri u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 146 Atti ta' implimentazzjoni

Artikolu 146

Atti ta' implimentazzjoni

Skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 147(2), bidla fl-ammont ta' kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 12 u t-titolu IV biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ekonomiku u monetarju għandha tiġi adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

Artikolu 147 Kumitat Bankarju Ewropew
Artikolu 148 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 149 Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

Artikolu 149

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

Meta l-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju skont din id-Direttiva li jkun l-istess bħall-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-ABE, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għandu jkun ta’ xahar mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu jista’ jiġi estiż b’xahar. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji jista', fejn opportun, jiġi estiż ulterjorment b'xahar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.