+Artikolu 153 Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti
---+Artikolu 153 1.
---+Artikolu 153 2.
---+Artikolu 153 3.
---+Artikolu 153 4.

Artikolu 153 Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 153 1.
Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew li tipprovdi servizzi fit-territorju tagħhom ma tkunx qed tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi adottati f'dak l-Istat Membru skont din id-Direttiva li jinvolvu s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja n-nuqqas ta' konformità.
Artikolu 153 2.
Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tonqos li tieħu passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari b'dan.
Artikolu 153 3.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, mal-ewwel opportunità, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja n-nuqqas ta' konformità. In-natura ta' dawk il-miżuri għandha tkun kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 153 4.
Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru domiċiljari jew minħabba li tali miżuri jirriżultaw inadegwati jew ma jkunux previsti fl-Istat Membru inkwistjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu tippersisti fil-ksur tar-regoli legali msemmija fil-paragrafu 1 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, dan tal-aħħar jista', wara li jinfurma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, jieħu l-miżuri xierqa biex jipprevjeni jew jippenalizza ksur ulterjuri u, sa fejn ikun meħtieġ, jipprevjeni lill-istituzzjoni ta' kreditu milli tibda aktar transazzjonijiet fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ikun possibbli li d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri jiġu nnotifikati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fit-territorji tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.