+Artikolu 160 Dispożizzjonijiet transizzjonali għal riżervi ta' kapital
---+Artikolu 160 1.
---+Artikolu 160 2.
---+Artikolu 160 3.
---+Artikolu 160 4.
---+Artikolu 160 5.
---+Artikolu 160 6.
---+Artikolu 160 7.

Artikolu 160 Dispożizzjonijiet transizzjonali għal riżervi ta' kapital

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 160 1.
Dan l-Artikolu jemenda r-rekwiżiti tal-Artikoli 129 u 130 għal perijodu transizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018.
Artikolu 160 2.

Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016:

(a) 

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 0,625 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 0,625 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 160 3.

Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017:

(a) 

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 1,25 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 1,25 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 160 4.

Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018:

(a) 

ir-riżerva ta’ konservazzjoni ta' kapital għandha tikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni ugwali għal 1,875 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

ir-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istutizzjoni għandha tkun ta' mhux aktar minn 1,875 % tal-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 160 5.
Ir-rekwiżit għal pjan ta’ konservazzjoni kapitali u r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 141 u 142 għandu japplika matul perijodu transizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018 fejn l-istituzzjonijiet jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata b'kont meħud tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 160 6.
L-Istati Membri jistgħu jimponu perijodu transizzjonali iqsar minn dak speċifikat fil-paragrafi 1 sa 3 u b'hekk jimplimentaw ir-riżerva ta’ Konservazzjoni ta' kapital u r-riżerva ta' kapital kontroċiklika minn 31 ta’ Diċembru 2013. Meta Stat Membru jimponi tali perijodu transizzjonali iqsar, huwa għandu jinfurma lill-partijiet rilevanti, inkluż lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill-ABE u lill-kulleġġ superviżorju rilevanti,b'dan. Tali perijodu transizzjonali iqsar jista' jiġi rikonoxxut minn Stati Membri oħra. Fejn Stat Membru ieħor jirrikonoxxi tali perijodu transizzjonali iqsar, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-BERS, lill-ABE u lill-kulleġġ superviżorju rilevanti skont dan.
Artikolu 160 7.
Fejn Stat Membru jimponi perijodu transizzjonali iqsar għar-riżerva ta' kapital kontroċiklika, il-perijodu iqsar għandu japplika biss għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika tal-istituzzjoni mill-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fl-Istat Membru li għalihom l-awtorità nnominata tkun responsabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.