+Artikolu 161 Rieżami u Rapport
---+Artikolu 161 1.
---+Artikolu 161 2.
---+Artikolu 161 4.
---+Artikolu 161 5.
---+Artikolu 161 6.
---+Artikolu 161 7.
---+Artikolu 161 8.
---+Artikolu 161 9.
---+Artikolu 161 10.
|
Artikolu 161 Rieżami u Rapport
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 161 1.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami perjodiku tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex tiżgura li l-implimentazzjoni ma tirriżultax f'diskriminazzjoni evidenti bejn l-istituzzjonijiet abbażi tal-istruttura ġuridika jew il-mudell tas-sjieda tagħhom.
|
|
Artikolu 161 2.
|
Wara r-rieżami, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta' Ġunju 2016, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk xieraq, dwar id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li tqis l-iżviluppi internazzjonali u b'konsiderazzjoni partikolari għal:
(a)
l-effiċjenza, l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom, inkluża l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe lakuna li toriġina mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawk id-dispożizzjonijiet;
(b)
l-impatt tal-konformità mal-prinċipju fl-Artikolu 94(1)(g) fir-rigward ta':
(i)
il-kompetittività u l-istabbiltà finanzjarja; u
(ii)
kwalunkwe persunal li effettivament u fiżikament jaħdem f'sussidjarji stabbiliti barra ż-ŻEE ta' istituzzjonijiet prinċipali stabbiliti ġewwa ż-ŻEE.
Dak ir-rieżami għandu jikkunsidra, b'mod partikolari, jekk il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 94(1)(g) għandux ikompli japplika għal kwalunkwe persunal kopert bil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 161 4.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 108 u 109 u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva jekk adatt.
|
|
Artikolu 161 5.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar ir-riżultati miksuba skont l-Artikolu 91(9), inkluża l-idoneità tal-analiżi komparattiva tal-prattiki dwar id-diversità, b’kont meħud tal-iżviluppi rilevanti kollha fl-Unjoni kif ukoll dawk internazzjonali, u għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ proposta leġiżlattiva jekk adatt.
|
|
Artikolu 161 6.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BERS, lill-ABE, lill-EIOPA, lill-AETS u lil partijiet rilevanti oħra dwar l-effettività tal-arranġamenti tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, kemm fi żminijiet normali kif ukoll fi żminijiet ta' diffikultà.
|
|
Artikolu 161 7.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-ABE għandha terġa' teżamina u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/ 2013, dwar il-kooperazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri ma' pajjiżi terzi. Dak ir-rapport għandu jidentifika kwalunkwe qasam li jeħtieġ aktar żvilupp fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni. L-ABE għandha tippubblika r-rapport fuq il-websajt tagħha.
|
|
Artikolu 161 8.
|
Meta tirċievi mandat mill-Kummissjoni, l-ABE għandha tesplora jekk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li jiddikjaraw li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'konformità mal-prinċipji bankarji Iżlamiċi humiex koperti adegwatament minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina r-rapport imħejji mill-ABE u, għandha jekk ikun adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 161 9.
|
Sal-1 ta' Lulju 2014, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-użu kif ukoll il-ksib ta' benefiċċji min-naħa tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid fuq perijodu twil tal-banek ċentrali tas-SEBĊ u minn miżuri oħra simili ta' fondi ta' appoġġ tal-banek ċentrali. Abbażi ta' dak ir-rapport u wara li tikkonsulta lill-BĊE, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2014, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu proprju u l-benefiċċji minn dawk l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid u minn miżuri oħra ta' fondi ta' appoġġ għall-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fl-Unjoni, flimkien ma' proposta leġislattiva dwar l-użu ta' tali operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid u miżuri ta' fondi ta' appoġġ, jekk ikun adatt.
|
|
Artikolu 161 10.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-setgħat superviżorji msemmija fil-punt (j) u (l) tal-Artikolu 104(1) u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|