+Artikolu 162 Traspożizzjoni
---+Artikolu 162 1.
---+Artikolu 162 2.
---+Artikolu 162 3.
---+Artikolu 162 4.
---+Artikolu 162 5.

Artikolu 162 Traspożizzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 162 1.
Sal-31 ta’ Diċembru 2013 l-Istati Membi għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2014.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Fejn id-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti minn Stati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-ABE bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tesiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Artikolu 162 2.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 tal-Kapitolu 4, Titolu VI, għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.
Artikolu 162 3.
Il-liġijiet, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità mal-Artikolu 94(1)(g) għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet japplikaw il-prinċipji stabbiliti fih għar-rimunerazzjoni mogħtija ►C1  għal servizzi pprovduti jew għall-prestazzjoni mis-sena 2014 'il quddiem, kemm jekk dovuta abbażi ta' kuntratti konklużi qabel jew wara l-1 ta' Jannar 2014. ◄
Artikolu 162 4.
Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi f’liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali referenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.
Artikolu 162 5.

B'deroga mill-Artikolu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 131 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-Artikolu 131(4) mill-1 ta' Jannar 2016 bil-mod li ġej:

(a) 

25 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2016;

(b) 

50 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2017;

(c) 

75 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2018; u

(d) 

100 % tar-riżerva ta' G-SII, iffissata f'konformità mal-Artikolu 131(4), fl-2019.

►C1

B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 133 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

 ◄

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.