|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I LISTA TAL-ATTIVITAJIET SOĠĠETTI GĦAR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU
1.
Ġbir ta’ depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura.
2.
Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta’ kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturaġġ riversibbli u irriversibbli (recourse u non-recourse factoring), il-finanzjament ta’ transazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting).
3.
Leasing finanzjarju.
4.
Servizzi tal-pagament kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 37 ).
5.
Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’ ħlas (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4.
6.
Garanziji u impenji.
7.
Negozju għall-kont proprju jew f’isem il-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
strumenti tas-suq tal-flus (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożiti, eċċ.);
(b)
kambju (tal-valuti);
(c)
futures u opzjonijiet finanzjarji;
(d)
strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax;
(e)
titoli trasferibbli.
8.
Parteċipazzjoni f'ħarġiet ta’ titoli u l-forniment ta' servizzi relatati ma’ tali kwistjonijiet.
9.
Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri relatati kif ukoll servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi.
10.
Intermedjazzjoni fis-suq monetarju.
11.
Ġestjoni ta’ portafolli u pariri.
12.
Żamma sikura u amministrazzjoni ta’ titoli
13.
Servizzi tar-referenza tal-kreditu.
14.
Servizzi tal-kustodja sikura.
15.
Il-ħruġ ta’ flus elettroniċi inkluż tokens tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 38 ).
16.
Il-ħruġ ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (EU) 2023/1114.
17.
Servizzi tal-kriptoassi fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114. Is-servizzi u l-attivitajiet previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, huma soġġetti għal rikonoxximent reċiproku skont din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|