+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, tal-entitajiet segwenti:

(a) 

istituzzjonijiet li huma stabbiliti fl-Unjoni;

(b) 

l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma stabbiliti fl-Unjoni meta l-istituzzjoni finanzjarja hija sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ ditta ta’ investiment, jew ta’ kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) u hija koperta mis-superviżjoni tal-impriża prinċipali fuq bażi konsolidata skont l-Artikoli 6 sa 17 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

kumpaniji holding finanzjarji, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding b’attività mħallta li huma stabbiliti fl-Unjoni;

(d) 

kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji holding finanzjarja prinċipali fl-Unjoni, kumpaniji holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji holding finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni;

(e) 

fergħat ta’ istituzzjonijiet li huma stabbiliti lil hinn mill-Unjoni b’konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din id-Direttiva.

Fl-istabbiliment u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont din id-Direttiva u fl-użu ta-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ entità msemmija fl-ewwel subparagrafu, u suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika tagħha, il-profil tar-riskju tagħha, id-daqs u l-istatus ġuridiku tagħha u l-interkonnettività tagħha ma’ istituzzjonijiet oħrajn jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, is-sħubija tagħha fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali (IPS) li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew sistemi oħra ta’ solidarjetà reċiproka kooperattiva kif imsemmi fl-Artikolu 113(6) ta’ dak ir-Regolament u jekk teżerċitax kwalunkwe servizzi jew attività ta’ investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 1 2.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli li huma iktar stretti jew addizzjonali għal dawk stipulati f’din id-Direttiva u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi ta’ din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jmorrux kontra din id-Direttiva jew l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha.
Artikolu 1 3.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal entitajiet li huma awtorizzati wkoll skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.