|
+Artikolu 1 1. |
Artikolu 1 1.Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, tal-entitajiet segwenti:
(a)
istituzzjonijiet li huma stabbiliti fl-Unjoni;
(b)
l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma stabbiliti fl-Unjoni meta l-istituzzjoni finanzjarja hija sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ ditta ta’ investiment, jew ta’ kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) u hija koperta mis-superviżjoni tal-impriża prinċipali fuq bażi konsolidata skont l-Artikoli 6 sa 17 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
kumpaniji holding finanzjarji, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding b’attività mħallta li huma stabbiliti fl-Unjoni;
(d)
kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji holding finanzjarja prinċipali fl-Unjoni, kumpaniji holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji holding finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni;
(e)
fergħat ta’ istituzzjonijiet li huma stabbiliti lil hinn mill-Unjoni b’konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din id-Direttiva. Fl-istabbiliment u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont din id-Direttiva u fl-użu ta-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ entità msemmija fl-ewwel subparagrafu, u suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika tagħha, il-profil tar-riskju tagħha, id-daqs u l-istatus ġuridiku tagħha u l-interkonnettività tagħha ma’ istituzzjonijiet oħrajn jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, is-sħubija tagħha fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali (IPS) li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew sistemi oħra ta’ solidarjetà reċiproka kooperattiva kif imsemmi fl-Artikolu 113(6) ta’ dak ir-Regolament u jekk teżerċitax kwalunkwe servizzi jew attività ta’ investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|