+Artikolu 3 Nomina ta’ awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 9.
---+Artikolu 3 10.
---+Artikolu 3 11.
---+Artikolu 3 12.
|
Artikolu 3 Nomina ta’ awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità ta’ riżoluzzjoni waħda jew, b’mod eċċezzjonali, awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jkollhom is-setgħa japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 3 2.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tkun awtorità tal-amministrazzjoni pubblika jew awtoritajiet inkarigati b’setgħat ta’ amministrazzjoni pubblika.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet oħra tal-amministrazzjoni pubblika jew awtoritajiet inkarigati b’setgħat ta’ amministrazzjoni pubblika. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu b’mod eċċezzjonali li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti strutturali adegwati biex tkun żgurata l-indipendenza operazzjonali u jiġu evitati kunflitti ta’ interess bejn il-funzjonijiet ta’ superviżjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jew il-funzjonijiet l-oħra tal-awtorità rilevanti u l-funzjonijiet tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni kif mitlub mill-paragrafu 4. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti, banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet oħra jkun hemm indipendenza operazzjonali bejn il-funzjoni ta’ riżoluzzjoni u ta’ superviżjoni jew funzjonijiet oħra tal-awtorità rilevanti. Il-persunal involut fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont din id-Direttiva għandu jkun strutturalment separat minn u suġġett għal linji ta’ rappurtar separati minn dawk għall-persunal involut fit-twettiq ta’ kompiti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jew fir-rigward ta’ funzjonijiet oħra tal-awtorità rilevanti. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandhom jadottaw u jagħmlu pubbliċi kull regola interna neċessarja u rilevanti inklużi regoli dwar is-segretezza professjonali u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-oqsma ta’ funzjoni differenti.
|
|
Artikolu 3 4.
|
L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-awtoritajiet li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ superviżjoni u riżoluzzjoni u l-persuni li jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet f’isimhom għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-preparazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni, kemm fil-każ fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti huma entitajiet separati u kemm fil-każ fejn l-funzjonijiet jitwettqu fl-istess entità.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Kull Stat Membru għandu jinnomina ministeru wieħed li jkun responsabbli għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-ministeru kompetenti taħt din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Fejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fi Stat Membru mhijiex il-ministeru kompetenti, din għandha tinforma lill-ministeru kompetenti dwar id-deċiżjonijiet skont din id-Direttiva u, għajr jekk stipulat mod ieħor fid-dritt nazzjonali, tikseb l-approvazzjoni tiegħu qabel timplimenta d-deċiżjonijiet li għandhom impatt fiskali dirett jew implikazzjonijiet sistemiċi.
|
|
Artikolu 3 7.
|
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-ABE skont din id-Direttiva għandhom iqisu l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni fl-Istati Membri kollha fejn joperaw l-istituzzjoni jew il-grupp u jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-effetti negattivi ekonomiċi u soċjali f’dawk l-Istati Membri. Id-deċiżjonijiet tal-ABE huma suġġetti għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 3 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-kompetenza, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali sabiex tapplika azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, u tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha bir-rapidità u l-flessibbiltà li hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 3 9.
|
L-ABE, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, għandha tiżviluppa l-kompetenza, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali meħtieġa u għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-paragrafu 8, inkluż permezz ta’ evalwazzjonijiet perjodiċi bejn il-pari.
|
|
Artikolu 3 10.
|
Fejn, skont il-paragrafu 1, Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità waħda sabiex tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni, għandu jipprovdi notifika lill-ABE u lill-Kummissjoni fejn jispjega bis-sħiħ għala għamel dan u għandu jalloka l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet b’mod ċar bejn dawk l-awtoritajiet, jiżgura l-koordinazzjoni adegwata bejniethom u jinnomina awtorità unika bħala awtorità ta’ kuntatt għall-finijiet tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stati Membri oħra.
|
|
Artikolu 3 11.
|
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ABE bl-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali maħtura bħala l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità ta’ kuntatt u, fejn rilevanti, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-ABE għandha tippubblika l-lista ta’ dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta’ kuntatt.
|
|
Artikolu 3 12.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 85, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-obbligazzjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti u l-persunal rispettiv tagħhom skont id-dritt nazzjonali għal atti u ommissjonijiet fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom taħt din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|