+Artikolu 4 Obbligi ssimplifikati għal ċerti istituzzjonijiet
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
---+Artikolu 4 10.
---+Artikolu 4 11.

Artikolu 4 Obbligi ssimplifikati għal ċerti istituzzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

Wara li jqisu l-impatt li l-falliment tal-istituzzjoni jista’ jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika, il-profil ta’ riskju, id-daqs u l-istatus ġuridiku tagħha jew l-interkonnettività tagħha ma’ istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, is-sħubija tagħha ta’ IPS jew sistemi oħra ta’ solidarjetà reċiproka kooperattiva kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe eżerċizzju ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u jekk il-falliment jew l-istralċ sussegwenti tagħha taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza humiex mistennija jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kondizzjonijiet tal-finanzjament, jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw:

(a) 

il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 5 sa 12;

(b) 

id-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni, li tista’ tkun aktar baxxa minn dik prevista fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 13(3);

(c) 

il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni mitluba mill-istituzzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5(5), u l-Artikoli 11(1) u 12(2) u fit-Taqsimiet A u B tal-Anness;

(d) 

il-livell ta’ dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 15 u 16, u t-Taqsima C tal-Anness.

Artikolu 4 2.
L-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, għandhom jagħmlu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 wara konsultazzjoni, fejn adatt, mal-awtorità makroprudenzjali nazzjonali.
Artikolu 4 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn jiġu applikati obbligi simplifikati, l-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jimponu fi kwalunkwe ħin obbligi sħaħ u mhux simplifikati.
Artikolu 4 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ obbligi simplifikati biss m’għandhiex taffettwa s-setgħat tal-awtorità kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni biex tieħu miżura għall-prevenzjoni ta’ kriżi jew miżura għall-ġestjoni ta’ kriżi.
Artikolu 4 5.
L-ABE għandha, sat-3 ta’ Lulju 2015, tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sabiex tispeċifika l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, għall-valutazzjoni, skont dak il-paragrafu, tal-impatt tal-falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament.
Artikolu 4 6.
Filwaqt li titqies, fejn xieraq, l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 5, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, għall-valutazzjoni, skont dan il-paragrafu, tal-impatt ta’ falliment ta’ istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2017.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 4 7.
L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar il-mod kif applikaw il-paragrafi 1, 8, 9 u 10 għall-istituzzjonijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 8, 9 u 10. Partikolarment, dak ir-rapport għandu jidentifika kwalunkwe diverġenza rigward l- l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-paragrafi 1, 8, 9 u 10.
Artikolu 4 8.

Suġġetti għall-paragrafi 9 u 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni:

(a) 

tar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 u Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għal istituzzjonijiet affiljati ma’ korp ċentrali eżentat parzjalment jew bis-sħiħ minn rekwiżiti prudenzjali fid-dritt nazzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

tar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 għal istituzzjonijiet li huma membri ta’ IPS.

Artikolu 4 9.

Fil-każ fejn tingħata rinunzja skont il-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

japplikaw ir-rekwiżiti ta’ Taqsima 2 u Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati miegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

jitolbu lill-IPS tissodisfa r-rekwiżiti ta’ Taqsima 2 f’kooperazzjoni ma’ kull wieħed mill-membri tagħha li ngħata rinunzja.

Għal dak il-għan, kwalunkwe referenza fit-Taqsima 2 u t-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu għal grupp għandha tinkludi korp ċentrali u istituzzjonijiet affiljati miegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u s-sussidjarji tagħhom, u kwalunkwe referenza għal impriża prinċipali jew istituzzjonijiet li huma suġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tinkludi l-korp ċentrali.

Artikolu 4 10.
Istituzzjonijiet suġġetti għal superviżjoni diretta mill-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jew li jikkostitwixxu kwota sinifikanti fis-sistema finanzjarja ta’ Stat Membru għandhom ifasslu l-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom stess skont it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu u għandhom ikunu suġġetti għal pjanijiet ta’ riżoluzzjoni individwali skont it-Taqsima 3.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet ta’ istituzzjoni għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu sehem sinifikanti tas-sistema finanzjarja ta’ dak l-Istat Membru jekk tiġi sodisfatta kwalunkwe minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-valur totali tal-assi tagħha jaqbżu EUR 30 000 000 000 ; jew

(b) 

il-proporzjon tal-assi totali tagħha fuq il-PDG tal-Istat Membru ta’ stabbiliment jaqbeż l-20 %, għajr jekk il-valur totali tal-assi tagħha jkun anqas minn EUR 5 000 000 000 ;

Artikolu 4 11.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lill-ABE għall-finijiet tal-paragrafu 7, bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.