|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Wara li jqisu l-impatt li l-falliment tal-istituzzjoni jista’ jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika, il-profil ta’ riskju, id-daqs u l-istatus ġuridiku tagħha jew l-interkonnettività tagħha ma’ istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, is-sħubija tagħha ta’ IPS jew sistemi oħra ta’ solidarjetà reċiproka kooperattiva kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe eżerċizzju ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u jekk il-falliment jew l-istralċ sussegwenti tagħha taħt proċedimenti normali ta’ insolvenza humiex mistennija jħallu effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kondizzjonijiet tal-finanzjament, jew fuq l-ekonomija aktar ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw:
(a)
il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 5 sa 12;
(b)
id-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ riżoluzzjoni, li tista’ tkun aktar baxxa minn dik prevista fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 13(3);
(c)
il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni mitluba mill-istituzzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5(5), u l-Artikoli 11(1) u 12(2) u fit-Taqsimiet A u B tal-Anness;
(d)
il-livell ta’ dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 15 u 16, u t-Taqsima C tal-Anness. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|