|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien sitt xhur wara t-tressiq ta’ kull pjan, u wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa, jeżaminaw mill-ġdid il-pjan u jivvalutaw il-punt safejn kull pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-kriterji li ġejjin:
(a)
li huwa raġonevolment probabbli li l-implimentazzjoni tal-arranġamenti proposti fil-pjan iżżomm jew terġa’ ġġib il-vijabbiltà u l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-grupp, filwaqt li jitqiesu l-miżuri preparatorji li tkun ħadet l-istituzzjoni jew li tkun ippjanat li tieħu;
(b)
li huwa raġonevolment probabbli li l-pjan u l-alternattivi speċifiċi fi ħdan il-pjan jiġu implimentati rapidament u effettivament f’sitwazzjonijiet ta’ stress finanzjarju filwaqt li jiġi evitat kemm jista’ jkun possibbli kwalunkwe effett negattiv sinifikattiv fuq is-sistema finanzjarja, inklużi f’xenarji li jistgħu jwasslu lil istituzzjonijiet oħra biex jimplimentaw pjanijiet ta’ rkupru fl-istess perjodu ta’ żmien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|