+Artikolu 6 Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
|
Artikolu 6 Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet li jeħtiġilhom ifasslu pjanijiet ta’ rkupru skont l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7(1) jissottomettu dawk il-pjanijiet ta’ rkupru lill-awtorità kompetenti għal rieżami. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet juru għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dawk il-pjanijiet jilħqu l-kriterji tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien sitt xhur wara t-tressiq ta’ kull pjan, u wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa, jeżaminaw mill-ġdid il-pjan u jivvalutaw il-punt safejn kull pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-kriterji li ġejjin:
(a)
li huwa raġonevolment probabbli li l-implimentazzjoni tal-arranġamenti proposti fil-pjan iżżomm jew terġa’ ġġib il-vijabbiltà u l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni jew tal-grupp, filwaqt li jitqiesu l-miżuri preparatorji li tkun ħadet l-istituzzjoni jew li tkun ippjanat li tieħu;
(b)
li huwa raġonevolment probabbli li l-pjan u l-alternattivi speċifiċi fi ħdan il-pjan jiġu implimentati rapidament u effettivament f’sitwazzjonijiet ta’ stress finanzjarju filwaqt li jiġi evitat kemm jista’ jkun possibbli kwalunkwe effett negattiv sinifikattiv fuq is-sistema finanzjarja, inklużi f’xenarji li jistgħu jwasslu lil istituzzjonijiet oħra biex jimplimentaw pjanijiet ta’ rkupru fl-istess perjodu ta’ żmien.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Meta tevalwa l-adegwatezza tal-pjanijiet ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni u l-istruttura tal-finanzjament għal-livell ta’ kumplessità tal-istruttura organizzattiva u l-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 6 4.
|
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-pjan ta’ rkupru lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ teżamina l-pjan ta’ rkupru bil-ħsieb li tidentifika kwalunkwe azzjoni fil-pjan ta’ rkupru li jista’ jkollha impatt ħażin fuq ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti rigward dawk il-kwistjonijiet.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Fejn l-awtorità kompetenti tivvaluta li hemm defiċjenzi materjali fil-pjan ta’ rkupru, jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni tiegħu, hija għandha tinnotifika lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali tal-grupp bil-valutazzjoni tagħha u titlob li l-istituzzjoni tissottometti, fi żmien xahrejn, estiż għal xahar fuq approvazzjoni tal-awtoritajiet, pjan rivedut li juri kif dawk id-defiċjenzi jew impedimenti jiġu indirizzati. Qabel ma istituzzjoni tintalab tressaq mill-ġdid pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dak ir-rekwiżit. Meta l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li d-defiċjenzi u l-impedimenti jkunu ġew indirizzati adegwatament fil-pjan rivedut, hija tista’ tordna lill-istituzzjoni tagħmel bidliet speċifiċi lill-pjan.
|
|
Artikolu 6 6.
|
Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ rkupru rivedut, jew jekk l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-pjan ta’ rkupru rivedut ma jirrimedjax b’mod adegwat id-defiċjenzi jew l-impedimenti potenzjali identifikati fil-valutazzjoni oriġinali tagħha, u ma jkunx possibbli li jiġu rrimedjati adegwatament id-defiċjenzi jew l-impedimenti permezz ta’ ordni għal tibdil speċifiku fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-istituzzjoni biex tidentifika fi żmien raġonevoli l-bidliet li tista’ tagħmel fin-negozju tagħha biex tindirizza d-defiċjenzi fil-pjan ta’ rkupru jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru. Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tidentifika tali bidliet fi ħdan iż-żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew jekk l-awtorità kompetenti tivvaluta li l-azzjonijiet proposti mill-istituzzjoni mhumiex se jindirizzaw adegwatament id-defiċjenzi jew l-impedimenti, l-awtorità kompetenti tista’ tordna lill-istituzzjoni tieħu kwalunkwe miżura li tikkunsidra bħala neċessarja u proporzjonata, b’kont meħud tal-gravità tad-defiċjenzi u l-impedimenti u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti tista’, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, tordna lill-istituzzjoni:
(a)
tnaqqas il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż ir-riskju ta’ likwidità;
(b)
tippermetti miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni f’waqthom;
(c)
teżamina mill-ġdid l-istrateġija u l-istruttura tal-istituzzjoni;
(d)
twettaq tibdil fl-istrateġija tal-finanzjament sabiex titjieb ir-reżiljenza tal-linji ewlenin ta’ negozju u l-funzjonijiet kritiċi;
(e)
twettaq tibdil fl-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni.
Il-lista ta’ miżuri msemmija f’dan is-subparagrafu ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri addizzjonali taħt id-dritt nazzjonali.
|
|
Artikolu 6 7.
|
Meta l-awtorità kompetenti titlob lil istituzzjoni tieħu miżuri skont il-paragrafu 6, id-deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri għandha tkun raġunata u proporzjonata. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-istituzzjoni u tkun suġġetta għal dritt ta’ appell.
|
|
Artikolu 6 8.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 8(1). L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|