+Artikolu 6 6.

Artikolu 6 6.

Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ rkupru rivedut, jew jekk l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-pjan ta’ rkupru rivedut ma jirrimedjax b’mod adegwat id-defiċjenzi jew l-impedimenti potenzjali identifikati fil-valutazzjoni oriġinali tagħha, u ma jkunx possibbli li jiġu rrimedjati adegwatament id-defiċjenzi jew l-impedimenti permezz ta’ ordni għal tibdil speċifiku fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-istituzzjoni biex tidentifika fi żmien raġonevoli l-bidliet li tista’ tagħmel fin-negozju tagħha biex tindirizza d-defiċjenzi fil-pjan ta’ rkupru jew l-impedimenti għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru.

Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tidentifika tali bidliet fi ħdan iż-żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew jekk l-awtorità kompetenti tivvaluta li l-azzjonijiet proposti mill-istituzzjoni mhumiex se jindirizzaw adegwatament id-defiċjenzi jew l-impedimenti, l-awtorità kompetenti tista’ tordna lill-istituzzjoni tieħu kwalunkwe miżura li tikkunsidra bħala neċessarja u proporzjonata, b’kont meħud tal-gravità tad-defiċjenzi u l-impedimenti u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-istituzzjoni.

L-awtorità kompetenti tista’, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, tordna lill-istituzzjoni:

(a) 

tnaqqas il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż ir-riskju ta’ likwidità;

(b) 

tippermetti miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni f’waqthom;

(c) 

teżamina mill-ġdid l-istrateġija u l-istruttura tal-istituzzjoni;

(d) 

twettaq tibdil fl-istrateġija tal-finanzjament sabiex titjieb ir-reżiljenza tal-linji ewlenin ta’ negozju u l-funzjonijiet kritiċi;

(e) 

twettaq tibdil fl-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni.

Il-lista ta’ miżuri msemmija f’dan is-subparagrafu ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri addizzjonali taħt id-dritt nazzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.