+Artikolu 7 Pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.

Artikolu 7 Pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali tal-Unjoni jfasslu u jissottomettu lis-superviżur tal-konsolidazzjoni pjan ta’ rkupru tal-grupp. Il-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp għandhom jikkonsistu minn pjan ta’ rkupru għall- grupp immexxi mill-impriża prinċipali tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jidentifika miżuri li jista’ jkun meħtieġ li jiġu implimentati fil-livell tal-impriża priċnipali tal-Unjoni u kull sussidjarja individwali.
Artikolu 7 2.
F’konformità mal-Artikolu 8, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li s-sussidjarji jfasslu u jissottomettu pjanijiet ta’ rkupru fuq bażi individwali.
Artikolu 7 3.

Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali previsti f’din id-Direttiva huma stabbiliti, jittrażmetti l-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp:

(a) 

lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b) 

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa;

(c) 

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp; u

(d) 

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji.

Artikolu 7 4.
Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jimmira għall-istabbilizzazzjoni tal-grupp inġenerali, jew kwalunkwe istituzzjoni tal-grupp, meta jkun f’sitwazzjoni ta’ stress sabiex jindirizza jew ineħħi l-kawżi tal-istress u jirripristina l-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp jew l-istituzzjoni inkwistjoni, waqt li fl-istess ħin jittieħed kont tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entitajiet oħra fi grupp.

Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jinkludi arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni u l-konsistenza ta’ miżuri li jridu jittieħdu fil-livell tal-impriża prinċipali tal-Unjoni, fil-livell entitajiet msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) kif ukoll il-miżuri li jridu jittieħdu fil-livell ta’ sussidjarji u, fejn applikabbli f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell ta’ fergħat sinifikattivi.

Artikolu 7 5.
Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp u kwalunkwe pjan imfassal għal sussidjarju individwali, għandu jinkludi l-elementi speċifikati fl-Artikolu 5. Dawk il-pjanijiet għandhom jinkludu, fejn applikabbli, arranġamenti għal għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp adottata skont ftehim għal għajnuna finanzjarja fi ħdan il-grupp li jkun ġie konkluż skont il-Kapitolu III.
Artikolu 7 6.
Il-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp għandhom jinkludu firxa ta’ alternattivi ta’ rkupru li jistabbilixxu azzjonijiet biex jindirizzaw dawk ix-xenarji previsti fl-Artikolu 5(6).

Għal kull wieħed mix-xenarji, il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jidentifika jekk hemmx xi impedimenti kontral-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru fi ħdan il-grupp, inkluż fil-livell tal-entitajiet individwali koperti mill-pjan, u jekk hemmx impedimenti prattiċi jew legali sustanzjali għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew ir-ripagament ta’ passivi jew assi fi ħdan il-grupp.

Artikolu 7 7.
Il-korp maniġerjali tal-entità li tfassal il-pjan ta’ rkupru tal-grupp skont il-paragrafu 1 għandha tivvaluta u tapprova l-pjan ta’ rkupru tal-grupp qABEl ma tissottomettih għand is-superviżur tal-konsolidazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.