+Artikolu 8 3.
|
Artikolu 8 3.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ trażmissjoni, dwar ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp jew dwar kwalunkwe miżura li l-impriża prinċipali tal-Unjoni tkun mitluba tieħu skont l-Artikolu 6(5) u (6), is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu deċiżjoni huwa stess fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun ikkunsidra l-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra. Jekk, fi tmien dak il-perjodu ta’ erba’ xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tas-superviżur tal-konsolidazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|