+Artikolu 8 Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.

Artikolu 8 Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-awtoritajiet kompetenti tal-fergħat sinifikattivi safejn rilevanti għal dik il-fergħa sinifikattiva, jeżamina mill-ġdid il-pjan ta’ rkupru tal-grupp u jivvaluta l-punt safejn dan jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u skont dan l-Artikolu u għandha tqis l-impatt potenzjali tal-miżuri ta’ rkupru fuq l-istabilità finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.
Artikolu 8 2.

Is-superviżur tal-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar:

(a) 

ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp;

(b) 

jekk pjan ta’ rkupru fuq bażi individwali għandux jitfassal għall-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp; u

(c) 

l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6).

Il-partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp min-naħa tas-superviżur tal-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 7(3).

L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 8 3.
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ trażmissjoni, dwar ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp jew dwar kwalunkwe miżura li l-impriża prinċipali tal-Unjoni tkun mitluba tieħu skont l-Artikolu 6(5) u (6), is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu deċiżjoni huwa stess fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun ikkunsidra l-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-impriża prinċipali tal-Unjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Jekk, fi tmien dak il-perjodu ta’ erba’ xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tas-superviżur tal-konsolidazzjoni.

Artikolu 8 4.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ trażmissjoni dwar:

(a) 

jekk pjan ta’ rkupru fuq bażi individwali għandux jitfassal għall-istituzzjonijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħha; jew

(b) 

dwar l-applikazzjoni fil-livell sussidjarju tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 6(5) u (6);

kull awtorità kompetenti għandu tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar dik il-kwistjoni.

Jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-sussidjarja fil-livell individwali.

Artikolu 8 5.
L-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn li ma jkollhomx nuqqas ta’ qbil taħt il-paragrafu 4 jistgħu jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar pjan ta’ rkupru tal-grupp li jkopri l-entitajiet fi grupp taħt il-ġurisdizzjonijiet tagħhom.
Artikolu 8 6.
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 jew 5 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 u 4 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala konklużivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 8 7.
Fuq talba ta’ awtorità kompetenti skont il-paragrafi 3 jew 4, l-ABE tista’ tassisti biss lill-awtoritajiet kompetenti biex jaslu għal qbil skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 6(6).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.