|
+Artikolu 8 4. |
Artikolu 8 4.Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ trażmissjoni dwar:
(a)
jekk pjan ta’ rkupru fuq bażi individwali għandux jitfassal għall-istituzzjonijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħha; jew
(b)
dwar l-applikazzjoni fil-livell sussidjarju tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 6(5) u (6); kull awtorità kompetenti għandu tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar dik il-kwistjoni. Jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 7 lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni tal-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-sussidjarja fil-livell individwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|