+Artikolu 9 Indikaturi tal-Pjan ta’ Rkupru
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
|
Artikolu 9 Indikaturi tal-Pjan ta’ Rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Għall-finijiet tal-Artikoli 5 sa 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li kull pjan ta’ rkupru jinkludi qafas ta’ indikaturi stabbilit mill-istituzzjoni li jidentifika l-punti fejn jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet xierqa msemmija fil-pjan. Tali indikaturi għandhom jiġu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti matul it-twettiq tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru skont l-Artikoli 6 u 8. L-indikaturi jistgħu jkunu ta’ natura kwalitattiva jew kwantitattiva rigward is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u għandhom ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati faċilment. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi. Minkejja l-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista’:
(a)
tieħu azzjoni skont il-pjan ta’ rkupru tagħha meta l-indikatur rilevanti ma jkunx ġie sodisfatt, iżda fejn il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jidhirlu li huwa xieraq f’dawk iċ-ċirkostanzi; jew
(b)
ma tiħux azzjoni ta’ dan it-tip fejn il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ma jidhirlux li huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni.
Deċiżjoni li tittieħed azzjoni msemmija fil-pjan ta’ rkupru jew deċiżjoni li ma tittiħidx tali azzjoni għandha tiġi notifikata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-ABE għandha, sat-3 ta’ Lulju 2015, tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-lista minima ta’ indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|