|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Għall-finijiet tal-Artikoli 5 sa 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li kull pjan ta’ rkupru jinkludi qafas ta’ indikaturi stabbilit mill-istituzzjoni li jidentifika l-punti fejn jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet xierqa msemmija fil-pjan. Tali indikaturi għandhom jiġu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti matul it-twettiq tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru skont l-Artikoli 6 u 8. L-indikaturi jistgħu jkunu ta’ natura kwalitattiva jew kwantitattiva rigward is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni u għandhom ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati faċilment. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi. Minkejja l-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista’:
(a)
tieħu azzjoni skont il-pjan ta’ rkupru tagħha meta l-indikatur rilevanti ma jkunx ġie sodisfatt, iżda fejn il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jidhirlu li huwa xieraq f’dawk iċ-ċirkostanzi; jew
(b)
ma tiħux azzjoni ta’ dan it-tip fejn il-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ma jidhirlux li huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni. Deċiżjoni li tittieħed azzjoni msemmija fil-pjan ta’ rkupru jew deċiżjoni li ma tittiħidx tali azzjoni għandha tiġi notifikata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|