|
+Artikolu 10 6. |
Artikolu 10 6.Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu rieżaminati, u fejn xieraq aġġornati, mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva tal-istituzzjoni jew fin-negozju jew fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha li jista’ jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew inkella tagħmel neċessarja bidla fil-pjan ta’ riżoluzzjoni. Għall-finijiet tar-reviżjoni jew tal-aġġornament tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kwalunkwe bidla li tagħmel neċessarja tali reviżjoni jew aġġornament. Ir-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha ssir wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 59. Meta tistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis l-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|