+Artikolu 10 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
|
Artikolu 10 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn tinsab kwalunkwe fergħa sinifikattiva safejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, għandha tfassal pjan ta’ riżoluzzjoni għal kull istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp suġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 111 u 112 tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tieħu meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7(a) għandha tiġi żvelata lill-istituzzjoni kkonċernata.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Meta tfassal il-pjan ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tidentifika kull impediment materjali għar-riżolvibbiltà u, fejn ikun neċessarju u proporzjonat, tiddefinixxi l-azzjonijiet rilevanti dwar kif jistgħu jiġu indirizzati dawn l-impedimenti, skont il-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jikkunsidra xenarji rilevanti inkluż li l-avveniment ta’ falliment jista’ jkun idjosinkratiku jew jista’ jseħħ fi żmien ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;
(b)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali; jew
(c)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jinkludi analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista’ tapplika, fil-kondizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta’ faċilitajiet tal-bank ċentrali u għandu jidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jassistuhom fit-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu rieżaminati, u fejn xieraq aġġornati, mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva tal-istituzzjoni jew fin-negozju jew fil-pożizzjoni finanzjarja tagħha li jista’ jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew inkella tagħmel neċessarja bidla fil-pjan ta’ riżoluzzjoni. Għall-finijiet tar-reviżjoni jew tal-aġġornament tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kwalunkwe bidla li tagħmel neċessarja tali reviżjoni jew aġġornament. Ir-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha ssir wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 59. Meta tistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis l-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, il-pjan ta’ riżoluzzjoni għandu jistipula alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni msemmija fit-Titolu IV lill-istituzzjoni ta’ kreditu. Dan għandu jinkludi, b’mod kwantifikat kull fejn xieraq u possibbli:
(a)
sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;
(b)
sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;
▼M8
(c)
turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin ta' negozju jistgħu legalment u ekonomikament jiġu sseparati, sa fejn neċessarju, minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u r-reżiljenza operazzjonali diġitali hekk kif tfalli l-istituzzjoni;
▼B
(d)
stima tal-qafas ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;
(e)
deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 15;
(f)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 17 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b’riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 15;
(g)
deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin ta’ negozju u assi tal-istituzzjoni;
(h)
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti biex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 hija aġġornata u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il-ħin kollu;
(i)
spjegazzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar kif l-alternattivi tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin;
(i)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100,
(ii)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali, jew
(iii)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard;
(j)
deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta’ żmien applikabbli;
(k)
deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi;
(l)
deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi priżervat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra u, valutazzjoni tal-portabilità tal-pożizzjonijiet tal-klijenti;
(m)
analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tal-istituzzjoni, inkluża valutazzjoni ta’ kwalunkwe spejjeż assoċjati, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta’ riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali fejn applikabbli;
(n)
pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;
▼M3
(o)
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45e u 45f u skadenza sa meta għandu jintlaħaq dak il-livell, skont l-Artikolu 45m;
(p)
fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tapplika l-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45m;
▼M8
(q)
deskrizzjoni ta' operazzjonijiet u sistemi essenzjali għaż-żamma tal-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni, inkluż netwerks u sistemi tal-informazzjoni kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
);
▼B
(r)
fejn applikabbli kull opinjoni espressa mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni;
|
|
Artikolu 10 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jesiġu li istituzzjoni u entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) iżommu reġistri dettaljati tal-kuntratti finanzjarji li dawn ikunu parti għalihom. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tispeċifika limitu ta’ żmien li fih l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandha tkun kapaċi tipproduċi dawk ir-rekords. L-istess limitu ta’ żmien għandu japplika għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet kollha msemmijin fil-punt (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tiddeċiedi li tiffissa limiti ta’ żmien differenti għal tipi differenti ta’ kuntratti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(100). Dan il-paragrafu m’għandux jaffettwa s-setgħat ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 10 9.
|
L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment il-kontenut tal-pjan ta’ riżoluzzjoni. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha tirrieżamina u, jekk ikun xieraq, taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji sabiex, fost oħrajn, tqis id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|