+Artikolu 11 Informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni u l-kooperazzjoni mill-istituzzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
|
Artikolu 11 Informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni u l-kooperazzjoni mill-istituzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jitolbu lill-istituzzjonijiet:
(a)
jikkooperaw kemm jista’ jkun possibbli fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni;
(b)
jipprovdulhom, direttament jew permezz ta’ awtorità kompetenti, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitfasslu u jiġu implimentati pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.
B’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa jitolbu, fost informazzjoni oħra, l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri rilevanti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni sabiex jivverifikaw jekk hijiex diġà disponibbli l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 jew xi ftit minnha. Fejn din l-informazzjoni hija disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika proċeduri u sett minimu ta’ formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni taħt dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|