|
+Artikolu 12 3. |
Artikolu 12 3.Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu:
(a)
jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fl-Artikolu 10(3), u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet ta' grupp oħra msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), l-impriża omm u l-istituzzjonijiet sussidjarji;
(aa)
fejn grupp jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq it-tnejn li ġejjin:
(i)
entitajiet oħrajn tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
(ii)
gruppi ta' riżoluzzjoni oħrajn;
(b)
jeżamina l-punt sa fejn l-għodda tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u sa fejn is-setgħat ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu eżerċitati fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi faċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp bħala ħaġa waħda, ta' linji jew attivitajiet ta' negozju separati li huma provduti minn għadd ta' entitajiet ta' grupp, jew ta' entitajiet ta' grupp partikolari jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jidentifikaw kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;
(c)
fejn grupp jinkludi entitajiet inkorporati f’pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni;
(d)
jidentifika miżuri, inklużi s-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta’ funzjonijiet partikolari jew linji ta’ negozju, li huma meħtieġa sabiex tiġi faċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni;
(e)
jistabbilixxi kwalunkwe azzjoni addizzjonali, mhux imsemmija f'din id-Direttiva, li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti bi ħsiebhom jieħdu fir-rigward tal-entitajiet fi ħdan kull grupp ta' riżoluzzjoni;
(f)
jidentifika kif l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jistgħu jiġu ffinanzjati u, fejn ikun meħtieġ l-arranġament ta’ finanzjament, jistabbilixxi prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn sorsi ta’ finanzjament fi Stati Membri differenti. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;
(ii)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali; jew
(iii)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard. Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta’ kriterji ekwitabbli u bilanċjati u għandhom iqisu, b’mod partikolari, -Artikolu 107(5) u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|