+Artikolu 12 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
|
Artikolu 12 Pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' fergħat sinifikattivi sa fejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, ifasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp. Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandu jidentifika miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':
(a)
l-impriża omm tal-Unjoni;
(b)
is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li huma stabbiliti fl-Unjoni;
(c)
l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1); u
(d)
soġġett għat-Titolu VI, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li huma stabbiliti barra mill-Unjoni.
F'konformità mal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu jitfassal abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 11.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandu:
▼M3
(a)
jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fl-Artikolu 10(3), u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet ta' grupp oħra msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), l-impriża omm u l-istituzzjonijiet sussidjarji;
(aa)
fejn grupp jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq it-tnejn li ġejjin:
(i)
entitajiet oħrajn tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;
(ii)
gruppi ta' riżoluzzjoni oħrajn;
(b)
jeżamina l-punt sa fejn l-għodda tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u sa fejn is-setgħat ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu eżerċitati fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi faċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp bħala ħaġa waħda, ta' linji jew attivitajiet ta' negozju separati li huma provduti minn għadd ta' entitajiet ta' grupp, jew ta' entitajiet ta' grupp partikolari jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jidentifikaw kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;
▼B
(c)
fejn grupp jinkludi entitajiet inkorporati f’pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti adegwati għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni;
(d)
jidentifika miżuri, inklużi s-separazzjoni ġuridika u ekonomika ta’ funzjonijiet partikolari jew linji ta’ negozju, li huma meħtieġa sabiex tiġi faċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet tar-riżoluzzjoni;
▼M3
(e)
jistabbilixxi kwalunkwe azzjoni addizzjonali, mhux imsemmija f'din id-Direttiva, li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti bi ħsiebhom jieħdu fir-rigward tal-entitajiet fi ħdan kull grupp ta' riżoluzzjoni;
▼B
(f)
jidentifika kif l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jistgħu jiġu ffinanzjati u, fejn ikun meħtieġ l-arranġament ta’ finanzjament, jistabbilixxi prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn sorsi ta’ finanzjament fi Stati Membri differenti. Il-pjan ta’ riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;
(ii)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali; jew
(iii)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.
Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta’ kriterji ekwitabbli u bilanċjati u għandhom iqisu, b’mod partikolari, -Artikolu 107(5) u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati kollha.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp taħt l-Artikolu 16 għandha ssir fl-istess ħin tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont dan l-Artikolu. Fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tiġi inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 16.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp m’għandux ikollu impatt sproporzjonat fuq kwalunkwe Stat Membru.
|
|
Artikolu 12 6.
|
L-ABE, wara li tikkonsulta mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, billi tqis id-diversità tal-mudelli ta’ negozju tal-gruppi fis-suq intern. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|