+Artikolu 13 Rekwiżit u proċedura għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
---+Artikolu 13 9.
---+Artikolu 13 10.
|
Artikolu 13 Rekwiżit u proċedura għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-impriżi prinċipali tal-Unjoni għandhom jissottomettu l-informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa skont l-Artikolu 11 lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna l-impriża prinċipali tal-Unjoni u sal-punt meħtieġ lil kull entità fi grupp inklużi l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1). L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali previsti f’din id-Direttiva huma stabbiliti, għandha titrażmetti l-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu:
(b)
lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji;
(c)
lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa sinifikattiva;
(d)
lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE; u
(e)
lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).
L-informazzjoni pprovduta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjoni fejn jinsabu fergħat sinifikattivi, u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, għandhom jinkludu bħala minimu l-informazzjoni kollha li tkun rilevanti għas-sussidjarja jew il-fergħa sinifikattiva. L-informazzjoni pprovduta lill-ABE għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li hija rilevanti għar-rwol tal-ABE fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Fil-każ ta’ informazzjoni relatata ma’ sussidjarji ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp m’għandhiex tkun obbligata tittrażmetti dik l-informazzjoni mingħajr il-kunsens tal-awtorità superviżorja jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti ta’ pajjiż terz.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp li jaġixxu b’mod konġunt mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri fejn tinsab kull fergħa sinifikattiva, ifasslu u jżommu pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, u bil-kondizzjoni li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali stabbiliti fl-Artikolu 98 ta’ din id-Direttiva, jinvolvu fit-tfassil u ż-żamma tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz tal-ġurisdizzjonijiet fejn il-grupp ikun stabbilixxa sussidjarji jew kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja jew fergħat sinifikattivi kif imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jiġu rieżaminati u fejn adatt aġġornati, mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzattiva fin-negozju jew fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp inkluża kwalunkwe entità fi grupp, li jista’ jkollha effett materjali fuq il-pjan jew titlob bidla fih.
|
|
Artikolu 13 4.
|
L-adozzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji. Fejn grupp huwa magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed, l-ippjanar tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (aa) tal-Artikolu 12(3) għandu jiġi inkluż f'deċiżjoni konġunta kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jieħdu deċiżjoni konġunta fi żmien perjodu ta’ erba’ xhur mid-data tat-trażmissjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fi żmien erba’ xhur, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni hija stess dwar il-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta’ awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-impriża prinċipali tal-Unjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Suġġett għall-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.
|
|
Artikolu 13 6.
|
►M3
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fi żmien erba' xhur, kull awtorità ta' riżoluzzjoni li hija responsabbli għal sussidjarja u li ma taqbilx mal-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess u, fejn ikun il-każ, għandha tidentifika l-entità ta' riżoluzzjoni u tfassal u żżomm pjan ta' riżoluzzjoni għall-grupp ta' riżoluzzjoni magħmul minn entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. Kull waħda mid-deċiżjonijiet individwali għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ, għandha tistipula r-raġunijiet tan-nuqqas ta' qbil mal-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp propost u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn. Kull awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-membri l-oħra tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. ◄
Suġġett għall-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, jekk, fi tmien il-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi referita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-ABE fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja.
|
|
Artikolu 13 7.
|
L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l-oħra li jaqblu taħt il-paragrafu 6 jistgħu jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp li jkopri l-entitajiet fi grupp taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 13 8.
|
Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 4 u 7 u d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafi 4a u 4b għandhom ikunu rikonoxxuti bħala konklużivi u jiġu applikati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kkonċernati l-oħra.
|
|
Artikolu 13 9.
|
Skont il-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, fuq talba ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni, l-ABE tista’ tgħin lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dment li l-ebda awtorità ta’ riżoluzzjoni kkonċernata ma tqis li s-suġġett tan-nuqqas ta’ qbil jista’ b’xi mod jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri tagħha.
|
|
Artikolu 13 10.
|
Fejn jittieħdu deċiżjonijiet konġunti skont il-paragrafi 4 u 7 u fejn awtorità ta’ riżoluzzjoni tivvaluta, skont il-paragrafu 9, li s-suġġett tan-nuqqas ta’ qbil dwar pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri tagħha, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tibda valutazzjoni mill-ġdid tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp, inkluż ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|