+Artikolu 13 1.

Artikolu 13 1.

L-impriżi prinċipali tal-Unjoni għandhom jissottomettu l-informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa skont l-Artikolu 11 lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna l-impriża prinċipali tal-Unjoni u sal-punt meħtieġ lil kull entità fi grupp inklużi l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali previsti f’din id-Direttiva huma stabbiliti, għandha titrażmetti l-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu:

(a) 

lill-ABE;

(b) 

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarji;

(c) 

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn ikunu jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għal dik il-fergħa sinifikattiva;

(d) 

lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE; u

(e) 

lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).

L-informazzjoni pprovduta mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjoni fejn jinsabu fergħat sinifikattivi, u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tad-Direttiva 2013/36/UE, għandhom jinkludu bħala minimu l-informazzjoni kollha li tkun rilevanti għas-sussidjarja jew il-fergħa sinifikattiva. L-informazzjoni pprovduta lill-ABE għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li hija rilevanti għar-rwol tal-ABE fir-rigward tal-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-grupp. Fil-każ ta’ informazzjoni relatata ma’ sussidjarji ta’ pajjiż terz, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp m’għandhiex tkun obbligata tittrażmetti dik l-informazzjoni mingħajr il-kunsens tal-awtorità superviżorja jew l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti ta’ pajjiż terz.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.