+Artikolu 15 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-istituzzjonijiet
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
|
Artikolu 15 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-istituzzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ikkonsultat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi sa fejn rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, hija tivvaluta l-punt safejn istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp hija riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;
(b)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali;
(c)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.
Istituzzjoni għandha titqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jew tillikwidaha skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolviha bl-applikazzjoni ta’ għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni filwaqt li tiġi evitata kemm jista’ jkun possibbli kull effett negattiv sinifikanti fuq is-sistemi finanzjarji, inkluż f’ċirkostanzi ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija stabbilita, jew ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-istituzzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinnotifikaw lill-ABE fil-ħin kull meta istituzzjoni titqies mhux riżolvibbli.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, bħala minimu, teżamina l-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Il-kwistjoni tar-riżolvibbiltà taħt dan l-Artikolu għandha ssir mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni fl-istess waqt u għall-fini tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjan ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 10.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-materji u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ istituzzjonijiet jew gruppi prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 16. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|