|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ikkonsultat lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi sa fejn rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, hija tivvaluta l-punt safejn istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp hija riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;
(b)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali;
(c)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard. Istituzzjoni għandha titqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità ta’ riżoluzzjoni li jew tillikwidaha skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolviha bl-applikazzjoni ta’ għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni filwaqt li tiġi evitata kemm jista’ jkun possibbli kull effett negattiv sinifikanti fuq is-sistemi finanzjarji, inkluż f’ċirkostanzi ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija stabbilita, jew ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-istituzzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinnotifikaw lill-ABE fil-ħin kull meta istituzzjoni titqies mhux riżolvibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|