+Artikolu 16 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-gruppi
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
|
Artikolu 16 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għall-gruppi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ sussidjarji, wara li jikkonsultaw lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ tali sussidjarji, u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi safejn rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, jivvalutaw il-punt safejn il-gruppi huma riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;
(b)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali;
(c)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard.
Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jillikwidaw entitajiet fil-grupp skont proċeduri normali ta' insolvenza jew li jirrisolvu dak il-grupp permezz tal-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni, u l-eżerċizzju ta' setgħat ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' dak il-grupp,filwaqt li jiġi evitat, kemm jista' jkun possibbli, kull konsegwenza negattiva sinifikanti għas-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri li fihom l-entitajiet jew fergħat tal-grupp jinsabu, jew ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni, inklużi instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, bl-għan li tkun żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi li jitwettqu minn dawk l-entitajiet tal-grupp, fejn dawn jistgħu jiġu separati faċilment b'mod f'waqtu, jew b'xi mezz ieħor. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jinnotifikaw lill-EBA fil-ħin jekk huma jqisu li grupp mhuwiex riżolvibbli. Il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp għandha titqies mill-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 88.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, bħala minimu, jeżaminaw il-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp taħt dan l-Artikolu għandha ssir fl-istess waqt u għall-fini tat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp skont l-Artikolu 12. Il-valutazzjoni għandha ssir taħt il-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet stipulata fl-Artikolu 13.
|
|
Artikolu 16 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn grupp huwa magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha ssir flimkien mal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp kollu u għandha issir fi ħdan il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet stipulata fl-Artikolu 13.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|