|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ta’ sussidjarji, wara li jikkonsultaw lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ tali sussidjarji, u lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi safejn rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, jivvalutaw il-punt safejn il-gruppi huma riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 100;
(b)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ emerġenza ta’ bank ċentrali;
(c)
kwalunkwe assistenza likwida ta’ bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateral, maturità jew rata ta’ interessi mhux standard. Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jillikwidaw entitajiet fil-grupp skont proċeduri normali ta' insolvenza jew li jirrisolvu dak il-grupp permezz tal-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni, u l-eżerċizzju ta' setgħat ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' dak il-grupp,filwaqt li jiġi evitat, kemm jista' jkun possibbli, kull konsegwenza negattiva sinifikanti għas-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri li fihom l-entitajiet jew fergħat tal-grupp jinsabu, jew ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni, inklużi instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, bl-għan li tkun żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi li jitwettqu minn dawk l-entitajiet tal-grupp, fejn dawn jistgħu jiġu separati faċilment b'mod f'waqtu, jew b'xi mezz ieħor. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jinnotifikaw lill-EBA fil-ħin jekk huma jqisu li grupp mhuwiex riżolvibbli. Il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp għandha titqies mill-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 88. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|