+Artikolu 16a Setgħa li jiġu pprojbiti ċerti distribuzzjonijiet
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 16a 3.
---+Artikolu 16a 4.
---+Artikolu 16a 5.
---+Artikolu 16a 6.

Artikolu 16a Setgħa li jiġu pprojbiti ċerti distribuzzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16a 1.

Fejn entità tkun f'sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax dak ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, meta kkalkolat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità għandha jkollha s-setgħa, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li tipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (“M-MDA”) ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, permezz ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b) 

toħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata; jew

(c) 

tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

Fejn entità tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ta' riżoluzzjoni dwar dan.

Artikolu 16a 2.

Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tivvaluta jekk teżerċitax is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1, b'kont meħud tal-elementi kollha li ġejjin:

(a) 

ir-raġuni, it-tul ta' żmien u d-daqs tan-nuqqas u l-impatt tiegħu fuq ir-riżolvibbiltà;

(b) 

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità u l-probabbiltà li din tissodisfa, fil-futur prevedibbli, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1);

(c) 

il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli;

(d) 

fejn l-entità ma tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 45b jew l-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, kemm jekk din l-inkapaċità hija idjosinkratika jew hija dovuta għal tfixkil fis-suq kollu;

(e) 

jekk l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 huwiex l-aktar mezz adegwat u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-entità, b'kont meħud tal-impatt potenzjali tiegħu kemm fuq il-kondizzjonijiet finanzjarji kif ukoll ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tirrepeti l-valutazzjoni tagħha dwar jekk għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar matul iż-żmien li fih l-entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 16a 3.

Jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib li l-entità tkun għadha fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien disa' xhur wara li sitwazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata mill-entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib, wara valutazzjoni, li jiġu ssodisfati tal-anqas tnejn mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

in-nuqqas huwa dovut għal tfixkil serju fil-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jwassal għal stress estensiv tas-suq finanzjarju fost diversi segmenti tas-swieq finanzjarji;

(b) 

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) mhux biss jirriżulta f'volatilità akbar fil-prezz tal-istrumenti ta' fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità jew spejjeż akbar għall-entità, iżda jwassal ukoll għal għeluq sħiħ jew parzjali tas-swieq li jżomm l-entità milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk is-swieq;

(c) 

l-għeluq tas-suq imsemmi fil-punt (b) jiġi osservat mhux biss għall-entità kkonċernata iżda wkoll għal diversi entitajiet oħra;

(d) 

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) jipprevjeni l-entità kkonċernata milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu suffiċjenti sabiex tirrimedja n-nuqqas;

(e) 

eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 twassal għal effetti konsegwenzjali għal parti mis-settur bankarju, li b'hekk potenzjalmentjipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja.

Fejn tkun tapplika l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha u tispjega l-valutazzjoni tagħha bil-miktub.

Kull xahar l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tirrepeti l-valutazzjoni jekk hijiex applikabbli l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 16a 4.
L-M-MDA għandu jiġi applikat billi tiġi mmultiplikata s-somma kkalkolata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-M-MDA għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.
Artikolu 16a 5.

Is-somma li tkun immultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:

(a) 

kwalunkwe profitt interim mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 nett minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

magħduda ma'

(b) 

kwalunkwe profitt ta' tmiem is-sena mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c) 

l-ammonti li jkunu pagabbli bit-taxxa li kieku l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu kellhom jinżammu.

Artikolu 16a 6.

Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fl-ewwel kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed baxx) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0;

(b) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0,2;

(c) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0,4;

(d) 

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fir-raba' kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed għoli) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0,6;

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull kwart tar-rekwiżit ta' riżerva għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

fejn “Qn ” = in-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.