+Artikolu 17 Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.

Artikolu 17 Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta, skont valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għal entità mwettqa skont l-Artikoli 15 u 16, awtorità ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, tiddetermina li hemm impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà ta' dik l-entità, dik l-awtorità tar-riżolvibbiltà għandha tinnotifika bil-miktub dik id-determinazzjoni lill-entità kkonċernata, lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi.
Artikolu 17 2.
Ir-rekwiżit għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jfasslu pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u r-rekwiżit għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti li jilħqu deċiżjoni konġunta dwar pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-grupp fl-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13(4) rispettivament għandha tiġi sospiża wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa ma jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija ta’ impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew deċiżi skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 17 3.
Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika magħmula skont il-paragrafu 1, l-entità għandha tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika.

L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi n-notifika magħmula skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom biex tiżgura li l-entità tikkonforma mal-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, meta impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, meta kkalkolat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva; jew

(b) 

l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva.

L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri proposti taħt it-tieni subparagrafu għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta jekk il-miżuri proposti taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafi effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi inkwistjoni.

Artikolu 17 4.
Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib li l-miżuri proposti minn entità skont il-paragrafu 3 ma jnaqqsux jew ma jneħħux effettivament l-impedimenti inkwistjoni, din għandha, jew direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, titlob lill-entità sabiex tieħu miżuri alternattivi li jistgħu jiksbu dak il-għan, u tinnotifika dawk il-miżuri bil-miktub lill-entità, li għandha tipproponi pjan fi żmien xahar sabiex tikkonforma magħhom.

Fl-identifikazzjoni ta' miżuri alternattivi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha turi kif il-miżuri proposti mill-entità ma kinux kapaċi jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti huma proporzjonati għat-tneħħija tagħhom. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis it-theddida li dawk l-impedimenti għar-riżolvibbiltà jippreżentaw għall-istabilità finanzjarja u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-entità, l-istabbiltà tagħha u l-abilità tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija.

Artikolu 17 5.

Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa jieħdu kwalunkwe mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

jitolbu ►M3  lill-entità ◄ tirrevedi kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament fi ħdan il-grupp jew teżamina mill-ġdid in-nuqqas tagħhom, jew tfassal ftehimiet ta’ servizz, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew ma’ partijiet terzi, sabiex tiġi koperta l-provvista ta’ funzjonijiet kritiċi;

(b) 

jitolbu ►M3  lill-entità ◄ tillimita l-iskoperturi individwali u skoperturi aggregati massimi tagħha;

(c) 

jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari tal-informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni;

(d) 

jitolbu ►M3  lill-entità ◄ tbigħ assi speċifiċi;

(e) 

jitolbu ►M3  lill-entità ◄ tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;

(f) 

jirrestrinġu jew jipprevjenu l-iżvilupp ta’ linji tan-negozju ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta’ prodotti ġodda jew eżistenti;

(g) 

jitolbu bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali ►M3  tal-entità ◄ jew ta’ kwalunkwe entità fi grupp, direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, ħalli titnaqqas il-kumplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jistgħu jiġu sseparati legalment u operattivament minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni;

(h) 

jitolbu lil ►M3  entità ◄ jew impriża prinċipali jistabbilixxu kumpanija prinċipali b’parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija prinċipali b’parteċipazzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

▼M3

(ha) 

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva tippreżenta pjan biex tirristawra l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva, espressa bħala perċentwal tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M3

(i) 

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) joħorġu obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f;

(j) 

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jieħdu passi oħra sabiex jilħqu r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, inkluż b'mod partikolari sabiex jippruvaw jinnegozjaw kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, strument ta' Grad 1 addizzjonali jew strument ta' Grad 2 li jkunu ħarġu, bil-ħsieb li jkun żgurat li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għal valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' dak l-obbligazzjoni jew strument issir skont id-dritt tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew strument;

(ja) 

għall-fini li tkun żgurata l-konformità kontinwa mal-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, jenħtieġ li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), tibdel il-profil ta' maturità ta':

(i) 

strumenti ta' fondi proprji, wara li tkun kisbet il-qbil tal-awtorità kompetenti, u

(ii) 

obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45b u fil-punt (a) tal-Artikolu 45f(2);

(k) 

meta entità tkun is-sussidjarja ta' kumpanija b'parteċipazzjoni ta' attività mħallta, jitolbu li l-kumpanija b'parteċipazzjoni ta' attività mħallta tistabbilixxi kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja separata sabiex tikkontrolla l-entità, jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-entità u sabiex jiġi evitat li l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fit-Titolu IV ikollhom effett negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.

▼B

Artikolu 17 6.

Deċiżjoni li ssir skont il-paragrafu 1 jew 4 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandha tiġi sostnuta b’raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwistjoni;

(b) 

għandha tindika kif dik il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stabbilit fil-paragrafu 4; u

(c) 

għandha tkun soġġetta għal dritt ta’ appell.

Artikolu 17 7.
Qabel ma tidentifika kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u, jekk adatt, mal-awtorità makroprudenzjali nazzjonali deżinjata, għandha debitament tikkunsidra kif dovut l-effett potenzjali ta' dawk il-miżuri fuq l-entità partikolari, is-suq intern għas-servizzi finanzjarji, u fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u fl-Unjoni kollha kemm hi.
Artikolu 17 8.
L-ABE għandha, sat-3 ta' Lulju 2015, tippubblika linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw dettalji ulterjuri dwar il-miżuri previsti fil-paragrafu 5 u ċ-ċirkostanzi li fihom tista’ tiġi applikata kull miżura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.